Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Free vs UASI - Conradi + Kaiser (FreeLounge)

(Kawża T-161/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FreeLounge – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX, trade mark verbali nazzjonali preċedenti FREE, isem ta’ kumpannija FREE u isem ta’ dominju FREE.FR – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Setgħa ta’ bidla”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Free SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Conradi + Kaiser GmbH (Kleinmaischeid, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Conradi + Kaiser GmbH.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011-2), hija annullata sa fejn din ikkunsidrat li s-servizzi ta’ pubblikazzjoni online ta’ kotba u ta’ ġurnali elettroniċi, kif ukoll is-servizzi ta’ pubblikazzjoni ta’ ġurnali u ta’ kotba f’forma elettronika, anki fuq l-internet, li jaqgħu fil-klassi 41 u msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ma kinux jixbhu s-servizzi ta’ diffużjoni

ta’ informaz

zjoni b’mod elettroniku, b’mod partikolari għan-netwerks ta’ komunikazzjoni mondjali tat-tip internet, li jaqgħu fil-klassi 38 u li huma koperti bit-trade mark figurattiva preċedenti.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.