Language of document : ECLI:EU:T:2014:350





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2014 – Free vs UASI – Conradi + Kaiser (FreeLounge)

(Kawża T‑161/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FreeLounge – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX, trade mark verbali nazzjonali preċedenti FREE, isem ta’ kumpannija FREE u isem ta’ dominju FREE.FR – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Setgħa ta’ bidla”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16, 17, 43)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 18)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Trade mark verbali FreeLounge – Trade mark figurattiva free LA LIBERTÉ N’A PAS DE PRIX, trade mark verbali FREE, isem ta’ kumpannija FREE u isem ta’ dominju FREE.FR(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27-31, 37)

4.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Free SAS u Conradi + Kaiser GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-25 ta’ Jannar 2012 (Każ R 437/2011‑2), hija annullata sa fejn din ikkunsidrat li s-servizzi ta’ pubblikazzjoni online ta’ kotba u ta’ ġurnali elettroniċi, kif ukoll is-servizzi ta’ pubblikazzjoni ta’ ġurnali u ta’ kotba f’forma elettronika, anki fuq l-internet, li jaqgħu fil-klassi 41 u msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni, ma kinux jixbhu s-servizzi ta’ diffużjoni ta’ informazzjoni b’mod elettroniku, b’mod partikolari għan-netwerks ta’ komunikazzjoni mondjali tat-tip internet, li jaqgħu fil-klassi 38 u li huma koperti bit-trade mark figurattiva preċedenti.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.