Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Ternavsky vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra l-Bjelorussja – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Anatoly Ternavsky (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment minn C. Rapin u E. Van den Haute, avukati, sussegwentement minn G. Berrisch, A. Polcyn, avukati, u N. Chesaites, barrister, u finalment minn G. Berrisch)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 69), tar-Regolament ta’ Implimentezzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/24/PESK, tal-20 ta’ Jannar 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 16, p. 32), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°46/2014, tal-20 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 16, p. 3), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent.DispożittivId-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, u r-Regolament ta’ Implimentezzjoni tal-Kunsill (UE) Nru°1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dawn jirrigwardaw lil A. Ternavsky, huma annullati.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll in-nofs tal-ispejjeż ta’ A. Ternavsky fil-kuntest ta’ din l-istanza.A. Ternavsky għandu jbati n-nofs tal-

ispejjeż tie

għu fil-kuntest ta’ din l-istanza. Huwa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.