Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Marzu 2012 - Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-453/10) 

("Rikors għal annullament - FAEGG, FAEG u FAEŻR - Infiq magħmul mir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq - Infiq eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea - Awtorità reġjonali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development (Belfast, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. Brown, solicitor, u D. Wyatt, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van den Wyngaert, P. Rossi u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/399/UE, tal-15 ta' Lulju 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta' "Garanzija" tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 184, p. 6)

Dispożittiv

1)    Ir-rikors ġie miċħud bħala inammissibbli.

2)    Northern Ireland Department of Agriculture and Rural Development huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 328, 04.12.2010.