Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' April 2011 - Siemens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Siemens AG (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Risse, R. Harbsst u H. Haller, avukati)

Konvenuta: Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-konvenuta tħallasaha l-ammont ta' EUR 16 114 147, flimkien mal-interessi b'rata ta' 8 punti perċentwali ogħla mir-rata bażika fis-seħħ fil-Ġermanja mill-20 ta' April 2011; u

tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsa lir-rikorrenti, b'indennizz sħiħ, l-ispejjeż tal-avukati u l-ispejjeż l-oħra sostnuti minnha fil-proċeduri preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni li taħt il-kuntratt konkluż mal-konvenuta, hija għandha dritt għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali sostnuti minnha.

It-tieni motiv li permezz tiegħu r-rikorrenti ssostni, sussidjarjament, li tali kumpens għandu jitħallas taħt il-liġi Ġermaniża, applikabbli fuq il-kuntratt, b'mod iktar speċifiku, taħt it-Taqsima 313 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż (BGB).

____________