Language of document : ECLI:EU:T:2015:185





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ Marzu 2015 –Sea Handling vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑456/13)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajuna mill-Istat – Rifjut ta’ aċċess –Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz – Obbligu ta’ twettiq ta’ eżami konkret u individwali – Interess pubbliku superjuri – Aċċess parzjali”

1.                     Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni – Teħid ta’ pożizzjoni inizjali fil-kuntest tal-proċedura dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni – Att preparatorju (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punt 28)

2.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Terminu mogħti sabiex tingħata risposta għal talba għal aċċess – Proroga – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8) (ara l-punti 33-37, 43)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Eċċezzjonijiet obbligatorji – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ interess partikolari ta’ min jagħmel it-talba – Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 2(1), u 4(2) u (3)) (ara l-punti 41, 42)

4.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Terminu mogħti sabiex tingħata risposta għal talba għal aċċess – Qbiż – Konsegwenzi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali, Artikolu 41; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 7 u 8) (ara l-punt 43)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Tkomplija ta’ rikors għal annullament fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għajnuna mill-Istat – Esklużjoni (Artikolu 107 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2)) (ara l-punt 44)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Portata – Applikazzjoni lill-fajlijiet amministrattivi li jirrelataw mal-proċeduri ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat – Preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għal dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Limiti – Inversjoni ta’ din il-preżunzjoni – Limiti (Artikolu 108(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikoli 6(2), u 20; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 55-63)

7.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Portata – Applikazzjoni lill-fajlijiet amministrattivi li jirrelataw mal-proċeduri ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat – Preżunzjoni ġenerali ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjoni għal dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv – Talba għal aċċess magħmula matul proċedura ġudizzjarja dwar id-deċiżjoni fuq il-mertu – Ammissibbiltà tar-rifjut (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)) (ara l-punti 70, 71)

8.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu li jingħata aċċess parzjali għall-informazzjoni mhux koperta mill-eċċezzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(1) sa (3) u (6)) (ara l-punti 89-91)

9.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika – Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti – Kunċett – Obbligu għall-istituzzjoni jew l-organu li jibbilanċja l-interessi inkwistjoni – Distinzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2) u (3)) (ara l-punti 95, 98, 100, 101, 104-106)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Ġunju 2013, li tirrifjuta li tagħti lil Sea Handling l-aċċess għal ċerti dokumenti li jikkonċernaw il-proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sea Handling SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.