Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Ottubru 2012 - Tecnimed vs UASI - Ecobrands (ZAPPER-CLICK)

(Kawża T-360/10) 

("Trade mark Komunitarja - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Tardività - Assenza ta' każ fortuwitu - Assenza ta' forza maġġuri - Dritt ta' aċċess għal qorti -Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tecnimed Srl (Vedano Olona, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi u V. Piccarreta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ecobrands Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta' Ġunju 2010 (Każ R 1795/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Tecnimed Srl u Ecobrands Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Tecnimed Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.2011