Language of document : ECLI:EU:T:2013:477





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 —
Duravit et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑364/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Ksur uniku u kontinwu — Oneru tal-prova — Multi — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Nulla poena sine lege”

1.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni — Portata — Teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ġenerali tad-dritt (Artikoli 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 42-45, 48, 55, 177, 358, 359, 364)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri istruttorji — Smigħ ta’ xhieda — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali — Effett tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 68) (ara l-punti 49-53)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Il-kuntest ġuridiku — Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003 — Setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Kummissjoni mill-imsemmi artikolu — Introduzzjoni mill-Kummissjoni ta’ Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Ksur tal-prinċipji Ksur tal-prinċipji ta’ nulla poena sine lege u ta’ ċertezza legali — Assenza (Artikolu 101(1), TFUE u 290(1), TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02) (ara l-punti 64-66, 71-81)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ġenerali tad-dritt — Ċertezza legali — Nulla poena sine lege — Portata (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 67-69)

5.                     Akkordji — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Akkordju globali — Kriterji — Għan wieħed — Konnessjonijiet u flussi transkonfinali — Modalitajiet ta’ twettiq ta’ ksur — Assenza ta’ effett (Artikolu 101(1), TFUE) (ara l-punti 90-92, 134, 139, 140, 143)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà (Artikolu 6(2), UE; Artikolu 101(1), TFUE; Il-Karta ta-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 48(1)) (ara l-punti 93-95)

7.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur li jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv — Deċiżjoni sostnuta minn provi suffiċjenti sabiex turi l-eżistenza tal-ksur — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur (Artikolu 101(1), TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 96-99, 141, 144)

8.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Produzzjoni mill-Kummissjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra implikati — Valur probatorju (Artikolu 101(1), TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2) (ara l-punti 100-108, 186, 191, 195)

9.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kontenut neċessarju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Provi li setgħu jiġu kkunsidrati (Artikolu 101(1), TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)) (ara l-punti 150, 160)

10.                     Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża minħabba l-parteċipazzjoni fi ksur meqjus fl-intier tiegħu — Kundizzjonijiet — Natura suffiċjenti, sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-impriża, ta’ approvazzjoni taċita mingħajr tbegħid pubbliku jew denunzja lill-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 101(1), TFUE) (ara l-punti 180-183, 249, 252)

11.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu ta’ kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn il-kompetituri — Għan jew riżultat antikompetittiv — Preżunzjoni — Kundizzjonijiet — Parteċipazzjoni allegatament forzata — Ċirkustanza li ma tikkostitwixxix fatt ġustifikattiv għal impriża li ma użatx il-possibbiltà ta’ denunzja lill-awtoritajiet kompetenti (Artikolu 101(1), TFUE) (ara l-punti 199, 210-212, 227, 233, 318)

12.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Assenza — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 292-294)

13.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Smigħ tal-impriżi — Stabbiliment ta’ proċess verbal u reġistrazzjoni tas-seduta — Ksur tad-dritt għal smigħ — Assenza (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikoli 12 u 14(8)) (ara l-punti 344-350)

14.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Natura u portata ġeografiku tal-ksur (Artikolu 101(1), TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 21 sa 23) (ara l-punti 370-373)

15.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Distinzjoni bejn ammont finali u ammont intermedju tal-multa — Konsegwenzi (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 379-384)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 4185 finali tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/39092 – Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Il-punt 8 tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4185 finali dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 ŻEE (Każ COMP/39092 — Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju), hija annullata sa fejn il-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi li Duravit AG, Duravit BeLux SPRL/BVBA u Duravit SA kienu pparteċipaw fi ksur fit-territorji tal-Italja, tal-Awstrija u tal-Pajjiżi l-Baxxi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Duravit AG, Duravit BeLux u Duravit SA għandhom ibatu tlett kwarti mill-ispejjeż tagħhom.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart mill-ispejjeż imġarrba minn Duravit AG, Duravit BeLux u Duravit SA, kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.