Rikors ippreżentat fit-30 ta'April 2007 - Baudelet-Leclaire vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-40/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cécile Baudelet-Leclaire (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M.Korving, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrent
tikkonstata d-diskriminazzjoni bejn il-kandidati "interni" għall-istituzzjonijiet Ewropej u esterni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AST/7/05
1;
tikkonstata n-nuqqas ta' prova mressqa mill-konvenuta tan-non diskriminazzjoni bejn il-kandidati "interni" għall-istituzzjonijiet Ewropej u esterni fil-kuntest ta' din il-kompetizzjoni;
tannulla din il-kompetizzjoni minħabba fil-ksur tal-prinċipju fundamentali ta' ugwaljanza ta' opportuntajiet bejn il-kandidati;
sussidjarjament, tordna lill-konvenuta tressaq l-elementi kollha ta' prova, inklużi, jekk neċessarju, ix-xogħol tal-ġurija li huwa kopert bis-sigriet skond l-Artikolu 6 ta' l-Anness III ta' l-Istatut ta' l-Uffiċjali, li juri li l-kumitat li jeżamina ma ffavorixxix numru ta' kandidati minħabba fl-oriġini professjonali tagħhom;
fin-nuqqas li titressaq prova mill-konvenuta, tordna li tiġi rriveduta l-klassifikazzjoni tal-kandidati kollha, abbażi biss tal-kriterji ta' mertu kif jirriżulta fl-avviż tal-kompetizzjoni u b'applikazzjoni imparzjali tal-prinċipju ta' ugwaljanza ta' l-opportuntajiet bejn il-kandidati;
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Bl-ittra tad-29 ta' Jannar 2007, ir-rikorrenti ġiet informata li l-isem tagħha ma kienx ser jitniżżel fuq il-lista ta' riżerva billi r-riżultati li kisbet, minkejja li kienu għola mill-minimu mitlub, ma kienux fost l-aħjar 110.
In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti invokat b'mod partikolari l-ksur tal-prinċipju ta' ugwaljanza ta' opportuntajiet u ta' trattament, billi l-ġurija ddiskriminat bejn il-kandidati favur dawk li ġà għandhom esperjenza professjonali fl-istituzzjonijiet Komunitarji, u b'mod partikolari fi ħdan id-Direttorat Ġenerali li tiegħu huwa parti l-president tal-kumitat li jeżamina.
____________1 - ĠU C 178 A ta' l-20.7.2005, p. 22.