Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l-10 ta' Ġunju 2008 - Baudelet - Leclaire vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' inklużjoni fuq il-lista ta' riserva - Trattament ugwali)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cécile Baudelet-Leclaire (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Korving, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u M. Velardo, aġenti)
Suġġett
L-annullament tal-kompetizzjoni EPSO/AST/7/05 - Qasam 2 - Ġestjoni ta' kuntratti/proġetti minħabba d-diskriminazzjoni allegata bejn il-kanditati interni ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji u l-kanditati esterni
Dispożittiv
L-azzjoni hija miċħuda bħala manifestament infondata.
Il-partijiet ibatu l-ispejjeż tagħhom.
____________1 - ĠU C 129, 09.06.2007, p.28.