Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Jannar 2024 – Jula vs EUIPO – Mula (Mula)

(Kawża T-22/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Jula AB (Skara, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Hayn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mula GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Mula – Applikazzjoni Nru 18 400 485

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 134/2023-5

Talba

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________