Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – ING Luxembourg SA vs VX

(Kawża C-346/21)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ING Luxembourg SA

Konvenut: VX

Domandi preliminari

L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 1 , jista’ jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet u ċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, titqies li hija valida n-notifika permezz ta’ ittra rreġistrata ta’ kumpannija li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jinsab fi Stat Membru ieħor mingħajr l-użu tal-formola li tinsab fl-Anness II tar-Regolament Nru 1391/2007?

Ir-Regolament Nru 1393/2007 u l-prinċipji sottostanti tad-dritt tal-Unjoni jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 191(2) tal-Código de Processo Civil Português (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż), fil-każ inkwistjoni, sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-invokazzjoni tan-nullità tan-notifika għandha sseħħ f’terminu ta’ żmien determinat (jew li kien ġie indikat għall-kontestazzjoni)?

____________

1     ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91.