Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Settembru 2011 - Evonik Industries vs UASI - Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

(Kawża T-529/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impulso Industrial Alternativo, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta' Ġunju 2011 fil-Każ R 1101/2010-2; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Impulso creador", għal diversi prodotti u servizzi li fosthom jinsabu s-servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 42 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6146187

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Spanjola Nru 2633891 tat-trade mark figurattiva "IMPULSO", għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42; Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4438206 tat-trade mark figurattiva "IMPULSO", għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kkunsidrax b'mod korrett l-impressjoni ġenerali differenti tat-trade marks konfliġġenti.

____________