Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Globula vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/11) 1
(“Suq intern tal-gass naturali – Direttiva 2003/55/KE – Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jorganizzaw sistema ta’ aċċess innegozjat għal terzi għall-faċilitajiet ta’ ħażna tal-gass – Deċiżjoni tal-awtoritajiet Ċeki li tagħti lir-rikorrenti deroga temporanja għall-faċilitajiet futuri tagħha ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna lir-Repubblika Ċeka li tirtira d-deċiżjoni ta’ deroga – Applikazzjoni ratione temporis tad-Direttiva 2003/55”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Globula a.s. (Hodonín, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: M. Petite, D. Paemen, A. Tomtsis, D. Koláček u P. Zákoucký, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u T. Scharf, aġenti)
Parti konvenuta insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar- regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4509, tas-27 ta’ Ġunju 2011, dwar id-deroga fir-rigward tal-faċilità ta’ ħażna tal-gass taħt l-art f’Dambořice fid-dawl tar-regoli tas-suq intern rigward l-aċċess għal terzi, hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Globula a.s. Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.