Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2017-0040\tra-doc-mt-req_comm-t-0040-2017-201701144-02_00.doc

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2017 – Habermaaß vs EUIPO – Here Global (h)

(Kawża T-40/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Habermaaß GmbH AG (Bad Rodach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Blumenröder, H. Gauß u E. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Here Global BV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-element verbali “h”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 833 141

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24/10/2016 fil-Każ R 0053/2016-2

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 41 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-prinċipji legali li għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi applikat u interpretat ir-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura.

____________