Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2017 – No Limits vs EUIPO – Morellato (NO LIMITS)

(Kawża T-43/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NO LIMITS – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tas-suġġett tal-kawża – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: No Limits International Investments SA (Bissone, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Canu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Scardocchia u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Morellato SpA (Fratte di Santa Giustina in Colle, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Novembru 2016 (Każ R 2007/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Morellato u No Limits Investments.

Dispożittiv

1)    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)    L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandha tbat l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti minn No Limits International Investments SA.

____________

1     ĠU C 95, 27.3.2017.