Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2011 - Eni v UASI - EMI (IP) (ENI)

(Kawża T-599/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone u G. Orsoni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EMI (IP) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 2439/2010-1; u

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ENI", għal prodotti u servizz fil-klassijiet 1-4, 6-7, 9, 11, 14, 16-19, 22, 25 u 35 sa 45 - applikazzjoin għal trade mark Komunitarja Nru 6488076

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "EMI", irreġistrata bħala trade mark Komunitarja taħt in-Nru 4197315, għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42; it-trade mark figurattiva "EMI", irreġistrata bħala trade mark Komunitarja taħt in-Numru 6167357, għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 16, 28, 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni ċċitata iktar 'il fuq tal-Ewwel Bord tal-Appell għall-motivi li ġejjin: (i) konstatazzjoni ta' xebh tal-prodotti u servizzi żbaljata u mhux motivata, ibbażata fuq ftehim ħażin u applikazzjoni ħażina tal-ġurisprudenza preċedenti fuq din il-kwistjoni; (ii) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tas-sentenza Praktiker, li jindikaw ftehim ħażin tal-prinċipji antimonopolju li hija bbażata fuqhom, u b'mod iktar partikolari tar-raġuni li wasslet għall-introduzzjoni tar-reġistrazzjoni għas-servizzi ta' xiri bl-imnut, u (iii) konstatazzjoni żbaljata tax-xebh tas-sinjali u tal-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________