Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Novembru 2011 - Schuhhaus Dielmann vs UASI -Carrera (Carrera panamericana)

(Kawża T-600/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Carrera SpA (Caldiero, l-Italja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 1989-2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Carrera panamericana" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Carrera SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "CARRERA", għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________