Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Novembru 2011 - MPDV Mikrolab vs UASI (Lean Performance Index)

(Kawża T-598/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Settembru 2011 fil-Każ R 131/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Lean Performance Index" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex deskrittiva.

____________