Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2013 – MPDV Mikrolab vs UASI (Lean Performance Index)

(Kawża T-598/11) 1

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Lean Performance Index – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u R. Pethke, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2011, (Każ R 131/2011-1), rigward applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Lean Performance Index bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

MPDV Mikrolab GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 32, 04.02.2012.