Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/11) 1
(“Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni – Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba – Indizji suffiċjentement serji – Stħarriġ ġudizzjarju – Proporzjonalità”)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cementos Portland Valderrivas, SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, A. Lamadrid de Pablo u N. Ruiz García, avukati)
Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, C. Urraca Caviedes u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Rivas, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2368 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 - Siment u prodotti reletati).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Cementos Portland Valderrivas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
____________1 ĠU C 238, 13.08.2011.