Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundeskommunikationssenat (l-Awstrija) fit-8 ta' Ġunju 2011 - Sky Österreich GmbH vs Österreichischer Rundfunk

(Kawża C-283/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundeskommunikationssenat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sky Österreich GmbH

Konvenut: Österreichischer Rundfunk

Domandi preliminari

L-Artikolu 15(6) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta' Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) 1 huwa kompatibbli mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar 'il quddiem l-"Ewwel Protokoll")?

____________

1 - ĠU 2010 L 95, p. 1