Language of document : ECLI:EU:C:2013:106

Kawża C‑11/11

Air France

vs

Heinz-Gerke Folkerts

u

Luz-Tereza Folkerts

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikoli 6 u 7 – Titjira b’konnessjoni(jiet) – Osservazzjoni ta’ dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali – Żmien ta’ dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat – Dritt tal-passiġġieri għal kumpens”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Frar 2013

1.        Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Applikabbiltà fil-każ ta’ dewmien twil

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, Artikoli 5(1)(ċ)(iii), 6 u 7)

2.        Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Dritt għal kumpens fil-każ ta’ dewmien – Titjira b’konnessjonijiet li tkun sofriet dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti mir-Regolament iżda li tkun waslet fid-destinazzjoni finali tagħha b’dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat mill-ħin tal-wasla skedat – Inklużjoni – Dritt għal kumpens suġġett għall-eżistenza ta’ dewmien fit-tluq tat-titjira – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, Artikoli 6 u 7)

3.        Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet – Għan

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 1)

4.        Trasport – Trasport bl-ajru – Regolament Nru 261/2004 – Kumpens u assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira – Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens – Kundizzjoni – Ċirkustanzi straordinarji – Kunċett

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 261/2004, premessa 15 u Artikolu 5(3))

1.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 32)

2.        L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens huwa dovut, fuq il-bażi tal-imsemmi artikolu, lill-passiġġier ta’ titjira b’konnessjoni li kellu dewmien fit-tluq iqsar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament, iżda li wasal fid-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat mill-ħin tal-wasla skedat, minħabba li l-imsemmi kumpens ma huwiex suġġett għall-eżistenza ta’ dewmien fit-tluq u, konsegwentement, għall-osservanza tal-kundizzjonijiet iddikjarati fl-imsemmi Artikolu 6.

Fil-fatt, fil-każ ta’ titjira b’konnessjonijiet, għall-finijiet tal-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, jgħodd biss id-dewmien ikkonstatat meta mqabbel mal-ħin tal-wasla skedat fid-destinazzjoni finali, mifhum bħala d-destinazzjoni tal-aħħar titjira li ttieħdet mill-passiġġier ikkonċernat. Is-soluzzjoni kuntrarja tkun tikkostitwixxi differenza fit-trattament mhux ġustifikata sa fejn din tkun tittratta b’mod differenti lill-passiġġieri ta’ titjiriet li jgħaddu minn dewmien mal-wasla fid-destinazzjoni finali tagħhom ugwali għal jew iktar minn tliet sigħat meta mqabbel mal-ħin tat-tluq skedat, skont jekk id-dewmien tat-titjira tagħhom fil-konfront tal-ħin tat-tluq skedat ikunx qabeż, jew le, il-limiti ddikjarati fl-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 261/2004, u dan minkejja li l-iskumdità tagħhom marbuta ma’ telf ta’ ħin irriversibbli hija identika.

(ara l-punti 35, 39, 47 u d-dispożittiv)

3.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 42, 46)

4.        Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 43)