Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budai Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-2 ta’ Marzu 2021 – Proċeduri kriminali kontra KI

(Kawża C-131/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budai Központi Kerületi Bíróság

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

KI

Domanda preliminari

Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – interpretata fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-1950 (“KEDB”) u tal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem – tipprekludi l-eżerċizzju ta’ azzjoni kriminali li tirrigwarda parzjalment fatti li għalihom ġiet imposta fuq l-akkużat, fi proċedura amministrattiva ta’ sanzjoni u permezz ta’ deċiżjoni finali, multa li għandha titħallas fuq il-post li, bħala konsegwenza tal-fatt li ma tħallsitx, ġiet ittrasformata f’piena li ċċaħħad il-libertà b’deċiżjoni ġudizzjarja?

____________