Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Efeteio Athinon (il-Greċja) fit-3 ta’ Marzu 2021 – VP, CX, RG, TR et vs Elliniko Dimosio

(Kawża C-133/21)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Efeteio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VP, CX, RG, TR et

Konvenut: Elliniko Dimosio

Domandi preliminari

1)    Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi differenza fit-trattament fil-qasam tas-salarji bi preġudizzju għall-ħaddiema impjegati b’kuntratt għal żmien determinat, fis-sens tal-klawżola 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat 28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP 1 , b’paragun ma’ ħaddiem għal żmien indeterminat komparabbli, fuq il-bażi biss tal-kriterju ta’ distinzjoni li l-kuntratt tagħhom huwa kklassifikat mill-persuna li timpjega jew mil-liġi bħala kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, hija konformi mal-klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE?

2)    B’mod partikolari, leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha differenza fit-trattament fil-qasam tas-salarji fir-rigward ta’ ċerti ħaddiema hija ġġustifikata minħabba li dawn tal-aħħar ipprovdew ix-xogħol tagħhom taħt kuntratti għal żmien determinat meta kienu jafu bil-fatt li dawn il-kuntratti kienu intiżi sabiex jissodisfaw bżonnijiet permanenti u fit-tul tal-persuna li timpjega, hija konformi mal-klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.