Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Diċembru 2023 – RL, QN, MR, JT, VS, AX vs Curtea de Apel Bucureşti
(Kawża C-762/23, Curtea de Apel Bucureşti)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: RL, QN, MR, JT, VS, AX
Konvenut: Curtea de Apel Bucureşti
fil-preżenza ta’: Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării
Domanda preliminari
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE (ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 2 TUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju ta’ indipendenza tal-imħallfin jipprekludi r-revoka, fil-każ ta’ mħallfin Rumeni li jkollhom 20 sena ta’ anzjanità kontinwa fil-ġudikatura, tad-dritt li jirċievu, fid-data tal-irtirar tagħhom jew tat-tmiem tas-servizz tagħhom għal raġunijiet oħra li ma humiex attribwibbli lilhom, somma ugwali għal seba’ allowances ta’ klassifikazzjoni mensili grossi, meta, qabel ir-revoka, dan id-dritt ta’ salarju ġie sospiż b’mod kontinwu u għal perijodu twil, għal raġunijiet prinċipalment relatati ma’ restrizzjonijiet sabiex jiġi eliminat defiċit baġitarju eċċessiv (il-leġiżlatur jinvoka espressament il-limitu ta’ 3 % tal-prodott gross domestiku previst mit-Trattat FUE)?
____________