Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2011 - Honda Motor vs UASI - Blok (BLAST)

(Kawża T-425/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLAST - Trade marks Komunitarji u tal-Benelux verbali preċedenti BLAST - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru distintiv dgħajjef tat-trade marks preċedenti")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Honda Motor Co., Ltd. (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Ahlgren, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Hendrik Blok (Oudenaarde, il-Belġju)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta' Lulju 2009 (Każ R 1097/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Hendrik Blok u Honda Motor Co. Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Honda Motor Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.