Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Ottubru 2011 - Bayerische Asphaltmischwerke vs UASI - Koninklijke BAM Groep (bam)

(Kawża T-426/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trademark Komunitarja figurattiva BAM - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BAM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayerische Asphaltmischwerke GmbH & Co. KG für Straβenbaustoffe (Hofolding, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Koninklijke BAM Groep NV (Bunnik, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment J. van Manen, sussegwentement J. van Manen u M. van de Braak, u fl-aħħar nett J. van Manen u R. Sjoerdsma, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Awwissu 2009 (Każ R 1005/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bayerische Asphaltmishwerke GmbH & Co. KG für Straβenbaustoffe u Koninklijke BAM Groep NV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bayerische Asphaltmishwerke GmbH & Co. KG für Straβenbaustoffe għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Koninklijke BAM Groep NV, inkluż, f'dak li jikkonċerna din tal-aħħar, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

____________

1 - ĠU C 11, 16.01.2010.