Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Diċembru 2011 - Goodyear Dunlop Tyres UK vs UASI - Sportfive (QUALIFIER)

(Kawża T-424/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali QUALIFIER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Qualifiers 2006 - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sportfive GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Awwissu 2009 (Każ R 1291/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sportfive GmbH & Co. KG u Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.