Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2011 – Bayerische Asphaltmischwerke vs UASI – Koninklijke BAM Groep (bam)
(Kawża T-426/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trademark Komunitarja figurattiva BAM – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BAM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 61 u 62)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1005/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bayerische Asphaltmishwerke GmbH & Co. KG für Straβenbaustoffe u Koninklijke BAM Groep NV. |
Dispożittiv
2) | | Bayerische Asphaltmishwerke GmbH & Co. KG für Straβenbaustoffe għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Koninklijke BAM Groep NV, inkluż, f’dak li jikkonċerna din tal-aħħar, l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |