Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 - Hipp vs UASI - Nestlé (Bebio)

(Kawża T-41/09) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Bebio - Trade mark Komunitarja verbali u trade mark internazzjonali verbali preċedenti BEBA - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hipp & Co. KG (Sachseln, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Bognár u M. Kinkeldey, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sociéte des Produits Nestlé, S.A. (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment I. Valdelomar Serrano, sussegwentement R. Mottola u D. Gabarre Armengol, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI R 1790/2007-2, tal-25 ta' Novembru 2008 (Każ R 1790/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Sociéte des Produits Nestlé S.A. u Hipp & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hipp & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 04.04.2009