Language of document : ECLI:EU:T:2021:541


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat8 ta’ Settembru 2021 – Cara Therapeutics vs EUIPO – Gebro Holding (KORSUVA)

(Kawża T584/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KORSUVA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AROSUVA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 17, 18, 22, 41)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Numru identiku ta’ ittri li jikkomponu żewġ trade marks verbali – Preżenza ta’ diversi ittri fl-istess ordni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 26, 27, 29, 30, 35)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali KORSUVA u AROSUVA

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 31, 34, 36, 42 sa 44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑3 ta’ Lulju 2020 (Każ R 2450/2019-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gebro Holding u Cara Therapeutics.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cara Therapeutic, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż