Language of document : ECLI:EU:T:2021:543


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Settembru 2021 – SBG vs EUIPO – VF International (GEØGRAPHICAL NØRWAY)

(Kawża T458/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali GEØGRAPHICAL NØRWAY – Raġuni assoluta għal rifjut – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Mala fide – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni tal-fatturi kollha eżistenti fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Konoxxenza min-naħa tal-applikant tal-użu minn terz ta’ sinjal identiku jew simili – Intenzjoni tal-applikant

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(2) u (4), u 51(1)(b))

(ara l-punti 16, 17, 77)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kunċett ta’ mala fide – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 51(1)(b))

(ara l-punti 18, 19)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Applikant b’mala fide fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Neċessità li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(a) u (b), (2) u (5), 51(1)(b) u 52(1)(a))

(ara l-punti 20-22)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1))

(ara l-punti 24, 89, 90)

5.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Eżami ex officio mill-qorti

(Artikoli 263 u 296 TFUE)

(ara l-punt 25)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 1178/2019‑1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn VF International u SBG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 1178/2019‑1) hija annullata.

2)

L-EUIPO u VF International Sagl huma kkundannati għall-ispejjeż.