Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Secolux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-90/14)1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal oferti – Kontrolli ta’ sigurtà – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction (Capellen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Prüm-Carré u E. Billot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2013 dwar iċ-ċaħda ta’ offerti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi dwar kontrolli ta’ sigurtà u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba din id-deċiżjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction, hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 135, 5.5.2014.