Language of document : ECLI:EU:T:2012:225





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 taʼ Mejju 2012 — Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/12 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna finanzjarja — Riċerka u żvilupp — Irkupru tal-antiċipi mħallsa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura — Eċċezzjonijiet taʼ inammissibbiltà taʼ ordni pubbliku — Nuqqas ta’ osservanza tar-Regoli tal-Proċedura — Eżami ex officio mill-qorti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113) (ara l-punt 7)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 8)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Rekwiżiti proċedurali — Preżentazzjoni tat-talbiet — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motivi taʼ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fin-noti — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(3)) (ara l-punti 9, 10)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tistaʼ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Portata tal-oneru probatorju (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 12-17)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Kummissjoni, trażmessa b’ittra tat-13 ta’ Jannar 2012, li tirrigwarda r-revoka ta’ diversi sussidji mogħtija lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.