Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-133/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Bażi legali – Dritt għall-proprjetà – Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Modulazzjoni ratione temporis tal-effetti ta’ annullament – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Assenza ta’ dannu materjali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u S. Kyriakopoulou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Cujo u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 27, p. 11) sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċernah, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2011/79/PESK, tal-4 ta’ Frar 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/72, huwa annullat sa fejn dan l-anness ġie estiż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72, u sa fejn dan isemmi l-isem ta’ Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali.L-effetti tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2011/79 u estiża bid-Deċiżjoni 2012/50, fir-rigward ta’ Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali, huma miżmuma sal-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell minn din is-sentenza jew, jekk jitressaq appell f’dan it-terminu, sa ma jiġi miċħud dak l-appell.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għal dawk ta’ Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.