Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Mejju 2010 - Bui Van vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-491/08 P) 1

"Appell − Servizz pubbliku − Uffiċjali − Ħatra − Klassifikazzjoni fi grad − Irtirar ta' att amministrattiv − Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi − Terminu raġonevoli − Dritt għal smigħ"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Philippe Bui Van (Hettange-Grande, Franza) (rappreżentant: P. Nelissen Grade, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-11 ta' Settembru 2008, Bui Van vs Il-Kummissjoni (F-51/07, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' din is-sentenza

Dispożittiv

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-11 ta' Settembru 2008, Bui Van vs Il-Kummissjoni (F-51/07), hija annullata sa fejn tagħti kumpens għal ammont ta' EUR 1500 lil Philip Bui Van.

L-appell u l-kumplament tat-talbiet tal-appell inċidentali huma miċħuda.

Il-kawża hija rrinvjata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jiddeċiedi fuq ir-rikors għad-danni.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1 - ĠU C 32, 07.02.2009