Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Diċembru 2007 - Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-156/06)1

("Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija inizjalment - Rikors għal annullament - Entità reġjonali jew lokali - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione Siciliana (l-Italja) (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn, M. Velardo u A. Weimar, aġenti, assistiti minn G. Faedo, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1171, tat-23 ta' Marzu 2006, dwar tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment mill-Fond Soċjali Ewropew għal programm operattiv fir-Reġjun ta' Sqallija, li huwa parti mill-qafas Komunitarju ta' sostenn għall-interventi strutturali Komunitarji inklużi fl-objettiv Nru 1 fl-Italja (perijodu 1994-1999).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ir-Regione Siciliana għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C ## ta* ##.