Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - Tomra Systems et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-155/06)1

(Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq għal magni għall-ġbir ta' kontenituri tax-xorb użati - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE - Ftehim ta' esklużività, impenji dwar il-kwantità jew ribassi marbuta mal-lealtà li kienu jagħmlu parti minn strateġija ta' esklużjoni tal-kompetituri tas-suq - Multa - Proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tomra Systems ASA (Asker, in-Norveġa); Tomra Europe AS (Asker); Tomra Systems GmbH (Hilden, il-Ġermanja); Tomra Systems BV (Apeldoorn, il-Pajjizi Baxxi; Tomra Leergutsysteme GmbH (Vjenna, l-Awstrija); Tomra Systems AB (Sollentuna, l-Isveżja); u Tomra Butikksystemer AS (Asker) (rappreżentanti: iniżjalment A. Ryan, solicitor, u J. Midthjell, avukat, imbagħad A. Ryan u N. Frey, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: É. Gippini Fournier, aġent)

Suġġett

Talba ta' annullament tad-Deċiżjoni C (2006) 734 finali tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Marzu 2006, marbuta ma' proċedura taħt l-Artikolu 82 [KE] u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E.38-113/Prokent-Tomra),

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Tomra Systems ASA, Tomra Europe AS, Tomra Systems GmbH, Tomra Systems BV, Tomra Leergutsysteme GmbH, Tomra Systems AB u Tomra Butikksystemer AS għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C C 190, 12.8.2006.