Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Settembru 2011 - PPG u SNF vs REACH

(Kawża T-1/10) 1

"Rikors għal annullament - REACH - Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) (Brussell, il-Belġju); u SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza) (rappreżentanti: inizjalment K. Van Maldegem, avukat, P. Sellar, solicitor, u R. Cana, avukat, u sussegwentement K. Van Maldegem u R. Cana)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH) (rappreżentanti: M. Heikkilä u W. Broere, aġenti, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer, Y. de Vries u M. de Ree, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u G. Wilms, u sussegwentement P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-REACH li tidentifika l-akrilamidu (KE Nru 201-173-7) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), skont l-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (REACH).

SNF għandha tbati l-ispejjeż sostnuti għall-proċedura ta' miżuri provviżorji.

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 63, 13.03.2010.