Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2014 – PPG u SNF vs ECHA

(Kawża T-1/10 RENV) 1

(“Rikors għal annullament – REACH – Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) (Brussell, il-Belġju); u SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza) (rappreżentanti: inizjalment K. Van Maldegem u R. Cana, sussegwentement R. Cana, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentant: B. Koopman, aġent); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA li tidentifika l-akrilamidu (KE Nru 201-173-7) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), inkonformità mal-Artikolu 59 tal-imsemmi regolament.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).SNF għandha tbati l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.