Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta' Marzu 2010 - SNF vs ECHA

(Kawża T-1/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Identifikazzjoni tal-akrilamidu bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, R. Cana, avukati, u P. Sellar, solicitor)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkila u W. Broere, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tidentifika l-akrilamidu bħala sustanza ta' tħassib serju ħafna allegatament adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fis-7 ta' Diċembru 2009 skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1-850).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________