Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2009 - Wind vs UASI - Sanyang Industry (Wind)

(Kawża T-451/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Harry Wind (Selfkant, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sroka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sanyang Industry Co. Ltd (Hsinchu, it-Tajwan)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Settembru 2009 (Każ R 1470/2008-4); u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Wind", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 12 u 37

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark figurattiva "Wind", għas-servizzi fil-klassi 37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkonkludi li kien hemm xebh bejn il-prodotti u s-servizzi koperti mit-trade mark Komunitarja kkonċernata.

____________