Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Settembru 2008 - INTER-NETT 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI - Unión de Agricultores, S.A. (HUNAGRO)

(Kawża T-423/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: INTER-NETT 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Inter-Nett 2000 Kft) (Mór, l-Ungerija) (rappreżentant: E. Petruska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Unión de Agricultores S.A.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Lulju 2008 (Każ R 71/2008-2)

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: INTER-NETT 2000 Kereskedelmi és Szolgáltató kft

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva "HUNAGRO" għal prodotti u servizi fil-klassijiet 29, 31 u 35 (applikazzjoni Nru 4.508.917),

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Unión de Agricultores S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja "UNIAGRO" għal prodotti fil-klassi 31

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, peress li l-UASI interpreta b'mod żbaljat id-dispożizzjoni ċċitata iktar 'il fuq, ksur tal-Artikolu 12(a) u (b) tar-Regolament Nru 40/94, safejn id-deċiżjoni tal-UASI ċaħdet lir-rikorrenti mill-possibbiltà, minn naħa, li tuża l-isem tal-proprjetarju u, min-naħa l-oħra, li tuża indikazzjoni dwar il-provenjenza ġeografika tal-prodotti tagħha.

____________