Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht für das Saarland (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Diċembru 2023 – A vs GKV-Spitzenverband

(Kawża C-743/23, GKV-Spitzenverband)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landessozialgericht für das Saarland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: GKV-Spitzenverband

Parti oħra fil-proċedura: Moguntia Food Group AG

Domandi preliminari

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali 1 kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 14(8) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jiġi eżaminat jekk parti sostanzjali tal-attività hijiex imwettqa fi Stat Membru, l-attivitajiet kollha tal-persuna impjegata, inklużi l-attivitajiet tagħha f’pajjiżi terzi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?

Jew l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 883/2004 ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 14(8) tar-Regolament Nru 987/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li meta jiġi eżaminat jekk parti sostanzjali tal-attività hijiex imwettqa fi Stat Membru, huma biss dawk l-attivitajiet imwettqa mill-persuna impjegata fi Stati Membri li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

1     ĠU 2009, L 284, p. 1.