Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' April 2012 - Brauerei Beck vs UASI - Aldi (Be Light)

(Kawża T-172/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Brauerei Beck GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 2258/2010-1;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż tar-rikorrenti;

tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż tagħha, fil-każ li din tintervjeni quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Be Light", għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7165351

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 135285 tat-trade mark verbali "BECK's", għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati fil-klassi 32 u awtorizzazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata għall-bqija tal-prodotti.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________