Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2014 – Georgias et vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-168/12)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe – Iffriżar ta’ fondi – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rabta kawżali – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aguy Clement Georgias (Harare, iż-Żimbabwe); Trinity Engineering (Private) Ltd (Harare); u Georgiadis Trucking (Private) Ltd (Harare) (rappreżentanti: inizjalment M. Robson, E. Goulder, solicitors, u H. Mercer, QC, sussegwentement M. Robson, H. Mercer u I. Quirk, barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġent); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis u S. Bartelt, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti, wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 412/2007, tas-16 ta’ April 2007, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 50).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Aguy Clement Georgias, Trinity Engineering (Private) Ltd u Georgiadis Trucking (Private) Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.