Language of document : ECLI:EU:T:2012:251





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta̕ Mejju 2012 — Aitic Penteo vs UASI — Atos Worldline (PENTEO)

(Kawża T-585/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PENTEO — Trade marks tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti XENTEO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51, 74)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2011 (Każ R 774/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Atos Worldline SA u Aitic Penteo, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Aitic Penteo, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.