Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fit-28 ta’ Novembru 2023 – Proċeduri kriminali kontra AR

(Kawża C-722/23, Rugu 1 )

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Parti fil-proċeduri prinċipali

AR

Parti fil-kawża

Ministère Public

Domandi preliminari

Meta l-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jkunu kkonstataw li, fil-każ ta’ konsenja tal-persuna rikjesta lill-Istat Membru emittenti, jeżisti riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali ta’ din il-persuna, marbuta mal-eżekuzzjoni tas-sentenza barranija, b’tali mod li jkun hemm lok li l-mandat ta’ arrest Ewropew jiġi rrifjutat, l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri 1 jawtorizza lil dawn il-qrati tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, li jikkonstataw li l-persuna rikjesta tirrisjedi f’dan l-aħħar Stat Membru, sabiex sussegwentement jiddeċiedu li, konformement mad-dispożizzjoni li tittrasponi fl-ordinament ġuridiku nazzjonali l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas, hemm lok li tiġi eżegwita, fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, is-sentenza ta’ priġunerija imposta fl-Istat Membru li jkun ħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew, piena li hija koperta minn dan l-att?

____________

1 L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34.