Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-27 ta’ Novembru 2023 – Bundesminister für Soziales, Gesundheit, Pflege und Konsumentenschutz

(Kawża C-717/23, Bundesminister für Gesundheit)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bundesminister für Soziales, Gesundheit, Pflege und Konsumentenschutz

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Grieskirchen

Intervenjenti: M M

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 23(2) u tal-punt 40 tal-Artikolu 2, kif ukoll tal-Artikolu 13(1)(c) tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-projbizzjoni li jitqiegħed fis-suq prodott tat-tabakk li l-pakkett individwali tiegħu jinkludi elementi jew karatteristiċi li jirreferu għal togħma, tapplika sa mill-istadju tal-provvista tal-imsemmi prodott tat-tabakk minn bejjiegħ bil-grossa lil bejjiegħ bl-imnut, jew fis-sens li tapplika biss għall-bejgħ lill-konsumaturi minn bejjiegħ bl-imnut?

____________

1     ĠU 2014, L 127, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 150, p. 24.